Enerġija Ġdida. Futur Sabiħ.
Mar 27, 2026

Meta l-Prim Ministru Robert Abela stedinni biex nikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss f’isem il-Partit Laburista, aċċettajt din l-istedina b’umiltà u sens kbir ta’ responsabbiltà.
Illum qed naqsam magħkom li se nkun qed nikkontesta fuq id-9 u l-10 distretti wara li ġejt approvata mill-Eżekuttiv Nazzjonali fi ħdan il- Partit Laburista.
Dejjem ippruvajt inkun viċin in-nies fl-irwoli li kelli s'issa biex stajt nisma’, nifhem u naħdem fuq affarijiet li verament jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ kuljum. L-esperjenza tiegħi fil-Kunsill Lokali anke bħala Sindku tal-Għargħur u fil-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, flimkien mal-istudji tiegħi fl-edukazzjoni, l-inklużjoni u l-affarijiet Ewropej, għinuni nara aħjar x’għandna bżonn bħala pajjiż. U bħala omm u studenta żagħżugħa, naf kemm hu importanti li nibnu futur aħjar għalina u għal uliedna.
Għaldaqstant, qed nagħmel dan il-pass biex inkompli naħdem għalikom b’impenn, b’dedikazzjoni u b’sens qawwi ta’ servizz pubbliku, b'enerġija ġdida ħalli flimkien inkomplu nibnu futur sabiħ.
Is-sostenn tagħkom ifisser ħafna għalija.

