Press
Press
Dwari
Dwari
Jiena omm ta' 28 sena. Impenjata b'ħidma pubblika billi niffoka fuq l-iżvilupp tal-komunita', il-governanza u l-progress fit-tul. Iggradwata fl-Istudji Ewropej mill-Universita' ta' Malta u qiegħda fl-aħħar sena tal-istudju tiegħi tal-Masters fl-Istudji Ewropej fl-Universita' CIFE fil-Ġermanja.

Bħalissa, inservi bħala Sindku tal-Għargħur li bħala rwol jirrifletti s-sens qawwi ta' responsabbilta' lejn l-Għargħurin li fiċ-ċentru tagħha hemm it-tmexxija trasparenti u inklussiva. Tmexxija tan-nies tibda billi tismagħhom. Għalhekk, għalija, il-kuntatt dirett man-nies hu l-iktar ħaġa importanti għax b'hekk biss nista' nifhem il-ħtiġijiet tagħhom u nsarraf l-ideat tagħhom f'inizjattivi konkreti li jtejbu l-kwalita' tal-ħajja.

Il-ħidma tiegħi hija mmexxija minn twemmin fl-innovazzjoni, il-kollaborazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolati fil-governanza lokali u fi proġetti bbażati fuq il-komunita'. Lil 'hinn mir-responsabbiltajiet professjonali tiegħi, jien napprezza l-istorja u l-kultura li ssawwarna, dawn l-esperjenzi jkomplu jiffurmaw il-perspettiva tiegħi u jsaħħu l-impenn tiegħi għas-servizz pubbliku Immexxija minn sens ċar ta' skop, jien nibqa' ffukata fuq il-bini ta' komunitajiet fejn il-progress, l-opportunita' u l-parteċipazzjoni jkunu maqsuma fost kulħadd.

Komunitajiet b'saħħithom huma r-ruħ ta' nazzjon b'saħħtu. Nemmen li nagħtu s-setgħa lill-vuċijiet lokali, nipproteġu l-identità unika tal-bliet u l-irħula tagħna, u niżguraw li kull deċiżjoni nazzjonali tirrifletti r-realtajiet tal-ħajja tan-nies tagħna. Hekk kif is-servizzi diġitali jikbru, irridu niżguraw li kulħadd ikun jista' jaċċessahom, sabiex ħadd ma jitħalla barra. Meta kull persuna tħossha inkluża u mismugħa, il-komunitajiet tagħna jirnexxu — u flimkien, nibnu futur aktar ġust u aktar b'saħħtu għal kulħadd.

Ritratti għall-Midja ta’ Meli Mariah
Ritratti għall-Midja ta’ Meli Mariah

Meli Mariah fil-Midja
Meli Mariah fil-Midja
Mariah hija mistiedna regolari f’diversi mezzi tax-xandir nazzjonali u internazzjonali. Hawn taħt tista’ ssib xi wħud mill-artikli ta’ opinjoni tagħha.

UPDATES
PRESS

UPDATES
PRESS

UPDATES
PRESS